It-Tindif tal-Headset/Earphones
Jekk il-volum isir artab jew il-kwalità tal-ħoss tinħass stramba, jistaʼ jkun li nġemaʼ xi ħmieġ jew xamaʼ tal-widna fit-taqsima tal-ħruġ tal-awdjo. Biex ittejjeb is-sintomu, naddaf l-earphones tiegħek billi ssegwi l-passi tʼhawn taħt.
ATTENZJONI
Id-dħul taʼ xi ħmieġ jew likwidu ġol-apparat, jew l-użu taʼ forza eċċessiva fuq ix-xibka jew id-drapp tal-parti minn fejn joħroġ l-awdjo, jistaʼ jikkaġuna ħsara jew funzjonament ħażin. Segwi dawn il-passi bʼattenzjoni.
L-illustrazzjoni hija eżempju.
-
Jekk hemm earpiece neħħiha.
-
Neħħi l-ħmieġ mill-parti minn fejn joħroġ l-awdjo billi togħrokha bil-mod bʼtoothbrush ratba u niexfa.
-
Jekk il-ħmieġ jew ix-xamaʼ tal-widna jkunu mwaħħlin u ma jistgħux jitneħħew, xarrab il-ħmieġ bʼtajjara mxarrba bʼammont żgħir taʼ alkoħol.
-
Neħħi l-ħmieġ jew ix-xamaʼ tal-widna mrattba billi togħrokhom bil-mod bʼtoothbrush ratba u niexfa.
-
Imsaħ in-naħa taʼ barra tal-earphones bʼċarruta niedja li tkun ġiet magħsura sewwa biex jitneħħa l-ħmieġ.
-
Għall-mudelli bl-earpieces, neħħi l-earpieces u aħsilhom bl-idejn bʼdeterġent newtrali dilwit.
-
Kun żgur li l-earpieces huma niexfa kompletament qabel terġaʼ tilbishom.


Oqgħod attent biex ma timbuttax il-ħmieġ aktar ʼil ġewwa.





Stenna ftit minuti biex il-ħmieġ li jkun imwaħħal jirtab.

Oqgħod attent biex ma timbuttax il-ħmieġ aktar ʼil ġewwa.


Nixxef sewwa wara t-tindif.




Oqgħod attent biex ma ċċarratx l-earpieces.

Laħlaħ sewwa, imsaħ l-indewwa u nixxef sewwa wara t-tindif.


Il-ħmieġ se jinġemaʼ ftit ftit bl-użu.
Naddaf regolarment biex tiżgura l-lonġevità tagħhom.