Dan l-apparat huwa fʼkonformità mad-direttivi u maʼ standards Ewropej validi dwar ir-Radju u r-RoHS.
Ir-Rappreżentant Ewropew taʼ JVC KENWOOD Corporation huwa:
JVCKENWOOD Deutschland GmbH
Konrad-Adenauer-Allee 1-11, 61118 Bad Vilbel, IL-ĠERMANJA
Prodotti u batteriji bis-simbolu (tantk taż-żibel bir-roti maqtugħ) ma jistgħux jintremew bħala skart domestiku.
Dan il-prodott fih batterija rikarikabbli. Ikkuntattja lin-negozjant awtorizzat minn JVC rigward ir-rimi.
Kopja tad-Dikjarazzjoni taʼ Konformità fir-rigward tad-Direttiva RE 2014/53/UE tistaʼ titniżżel mis-siti tal-internet li ġejjin (http://www.jvc.co.jp/ecdoc/).
Bʼdan, JVC tiddikjara li din is-Sistema [HA-ET45T] hija fʼkonformità mar-rekwiżiti essenzjali u maʼ dispożizzjonijiet relevanti oħrajn tad-Direttiva 2014/53/UE.
JVCKENWOOD Corporation
3-12,Moriya-cho,Kanagawa-ku,Yokohama-shi, Kanagawa, 221-0022, JAPAN
Biex tevita li tagħmel ħsara lis-smigħ, tismax bʼvolum għoli għal ħinijiet twal.
Tismax b’volum għoli għal perjodu twil. Tużax waqt li qed issuq jew waqt li qed issuq rota.
Oqgħod attent b’mod partikolari għat-traffiku madwarek meta tkun qed tuża l-headphones barra. Jekk ma tagħmilx hekk jista’ jseħħ inċident.
Dan il-prodott b’batterija inkorporata m’għandux jiġi espost għal sħana eċċessiva bħad-dawl tax-xemx, nar jew simili.
Dan il-prodott fih batterija rikarikabbli, li mhijiex sostitwibbli. Periklu ta’ splużjoni jekk l-utent jissostitwixxi l-batterija. Tissostitwixxix il-batterija.
Jekk jogħġbok tiħħendiljax il-batterija bil-modi li ġejjin.
Tistaʼ twassal għal splużjoni jew tnixxija taʼ likwidi u gassijiet li jaqbdu.
Tarmiha fin-nar, twarrabha, tfarrakha jew tqattagħha
Tħalliha fʼambjent bʼtemperatura estremament għolja
Tħalliha fʼambjent bi pressjoni estremament baxxa
Biex tnaqqas ir-riskju taʼ xokkijiet elettriċi, nar, eċċ.
Iżżarmax u timmodifikax it-tagħmir.
Tħallix oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar, tal-ilma jew metalliċi milli jidħlu fit-tagħmir.
Għas-sigurtà tiegħek...
Jekk l-earpiece, il-ġanċijiet tal-widna jew partijiet oħrajn tal-headphones jeħlu fʼwidnejk, oqgħod attent/a li ma timbuttahiex/timbuttahomx ʼil ġewwa fil-kanal taʼ widnejk u fittex għajnuna medika xierqa biex titneħħa l-parti. Tistaʼ ssir ħsara lill-widna jekk persuni li mhumiex professjonisti jippruvaw ineħħu din il-parti.
Aħżen l-earpieces u l-ganċijiet tal-widna fʼpost sikur fejn it-tfal ma jistgħux jilħquhom biex tevita r-riskju taʼ inċident jew periklu potenzjali bħal pereżempju li jibilgħuhom.
Fʼkundizzjonijiet tal-arja aktar xotti bħal fix-Xitwa, tistaʼ tħoss xi ftit taʼ xokk statiku meta tuża l-headphones.
Waħħal l-earpieces u l-ganċijiet tal-widna bʼmod sod meta tibdilhom; jekk tonqos li tagħmel dan jistaʼ jwassal sabiex l-earpieces jew il-ganċijiet tal-widna jeħlu fil-kanal taʼ widnejk meta jitneħħew, u bʼhekk isiru periklu potenzjali għas-saħħa.
Prekawzjonijiet għall-użu
Biex tissostitwixxi l-earpieces u l-ganċijiet tal-widna, jekk jogħġbok ikkonsulta mal-persuna li mingħandha xtrajt il-prodott.
Dawn il-headphones għandhom kalamita integrata fihom. Tressaqhomx qrib oġġetti li jistgħu jiġu affettwati mill-kalamiti bħal arloġġi, tejp manjetiku u kards manjetiċi.
Jekk l-earphones jew il-kontenitur tal-iċċarġjar ikunu maħmuġin, imsaħ il-wiċċ tagħhom bʼċarruta niexfa.
Jekk it-terminali tal-iċċarġjar ikunu maħmuġin, naddafhom bis-swab tal-qoton jew bʼxi ħaġa simili.
Dwar il-protezzjoni mill-ilma/il-protezzjoni mit-trab...
Għalkemm dawn il-headphones għandhom karatteristiċi reżistenti għall-ilma u reżistenti għat-trab (IPX5 u IP5X), mhumiex kompletament impermeabbli.
Meta tlaħlaħ, uża l-ilma tal-vit. Tużax xampù jew ilma bis-sapun.
Mʼgħandux jitniżżel taħt l-ilma jew jiġi fʼkuntatt kontinwu mal-ilma.
Qabel ma tiċċarġja, kun żgur li l-unità tal-earphone hija ħielsa mit-trab u mhijiex imxarrba.
Il-kaxxa tal-ikkarikar la hija reżistenti għal taqtir u lanqas mhi reżistenti għall-ilma. Agħti attenzjoni partikolari biex tevita kuntatt mal-ilma jew mal-għaraq għax dan jistaʼ jikkawża funzjonament ħażin.
Jekk jogħġbok irreferi għal dan li ġej għal informazzjoni dwar il-Garanzija Ewropea.