Manwal tal-utent

WIRELESS HEADPHONES

HA-A10T

Għandha tinqara

INFORMAZZJONI LEGALI

Għażiż Konsumatur,

Dan l-apparat huwa fʼkonformità mad-direttivi u maʼ standards Ewropej validi dwar ir-Radju u r-RoHS.
Ir-Rappreżentant Ewropew taʼ JVC KENWOOD Corporation huwa:
JVCKENWOOD Deutschland GmbH
Konrad-Adenauer-Allee 1-11, 61118 Bad Vilbel, IL-ĠERMANJA

Recycle mark

Informazzjoni dwar Rimi taʼ Tagħmir Elettriku u Elettroniku Antik u taʼ Batteriji (applikabbli għall-pajjiżi li adottaw sistemi taʼ ġbir taʼ skart isseparat)

Prodotti u batteriji bis-simbolu (tantk taż-żibel bir-roti maqtugħ) ma jistgħux jintremew bħala skart domestiku.

Dan il-prodott fih batterija rikarikabbli. Ikkuntattja lin-negozjant awtorizzat minn JVC rigward ir-rimi.

Unjoni Ewropea biss

Kopja tad-Dikjarazzjoni taʼ Konformità fir-rigward tad-Direttiva RE 2014/53/UE tistaʼ titniżżel mis-siti tal-internet li ġejjin (http://www.jvc.co.jp/ecdoc/).

Bʼdan, JVC tiddikjara li din is-Sistema [HA-A10T] hija fʼkonformità mar-rekwiżiti essenzjali u maʼ dispożizzjonijiet relevanti oħrajn tad-Direttiva 2014/53/UE.

CE mark

SAFETY INSTRUCTIONS (for UK)

SAFETY INSTRUCTIONS (for UK)

Il-manifattur

JVCKENWOOD Corporation
3-12,Moriya-cho,Kanagawa-ku,Yokohama-shi, Kanagawa, 221-0022, JAPAN

TWISSIJA

Safety Ear

Biex tevita li tagħmel ħsara lis-smigħ, tismax bʼvolum għoli għal ħinijiet twal.

Tismax b’volum għoli għal perjodu twil. Tużax waqt li qed issuq jew waqt li qed issuq rota.

Oqgħod attent b’mod partikolari għat-traffiku madwarek meta tkun qed tuża l-headphones barra. Jekk ma tagħmilx hekk jista’ jseħħ inċident.

Dan il-prodott b’batterija inkorporata m’għandux jiġi espost għal sħana eċċessiva bħad-dawl tax-xemx, nar jew simili.

Dan il-prodott fih batterija rikarikabbli, li mhijiex sostitwibbli. Periklu ta’ splużjoni jekk l-utent jissostitwixxi l-batterija. Tissostitwixxix il-batterija.

Twissijiet rigward il-batterija

Jekk jogħġbok tiħħendiljax il-batterija bil-modi li ġejjin.

Tistaʼ twassal għal splużjoni jew tnixxija taʼ likwidi u gassijiet li jaqbdu.

Tarmiha fin-nar, twarrabha, tfarrakha jew tqattagħha

Tħalliha fʼambjent bʼtemperatura estremament għolja

Tħalliha fʼambjent bi pressjoni estremament baxxa

ATTENZJONI

Biex tnaqqas ir-riskju taʼ xokkijiet elettriċi, nar, eċċ.

Iżżarmax u timmodifikax it-tagħmir.

Tħallix oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar, tal-ilma jew metalliċi milli jidħlu fit-tagħmir.

Għas-sigurtà tiegħek...

Jekk l-earpiece jew xi partijiet oħrajn tal-headphones jeħlu fʼwidnejk, oqgħod attent/a li ma timbuttahiex/timbuttahomx ġewwa fil-kanal taʼ widnejk u fittex għajnuna medika xierqa biex tneħħiha/tneħħihom. Tistaʼ ssir ħsara lill-widna jekk persuni li mhumiex professjonisti jippruvaw ineħħu din il-parti.

Aħżen l-earpieces fʼpost sigur fejn it-tfal ma jistgħux jilħquhom biex tevita r-riskju taʼ inċident jew periklu possibbli bħal pereżempju, jibilgħuhom.

Fʼkundizzjonijiet tal-arja aktar xotti bħal fix-Xitwa, tistaʼ tħoss xi ftit taʼ xokk statiku meta tuża l-headphones.

Waħħal l-earpieces bʼmod sod meta tibdilhom; nuqqas milli tagħmel dan jistaʼ jwassal sabiex l-earpieces jeħlu fil-kanal taʼ widnejk meta jitneħħew, biex bʼhekk isiru periklu possibbli għas-saħħa.

Prekawzjonijiet għall-użu

Biex tissostitwixxi l-earpieces, jekk jogħġbok ikkonsulta mal-persuna li mingħandha xtrajt il-prodott.

Dawn il-headphones għandhom kalamita integrata fihom. Tressaqhomx qrib oġġetti li jistgħu jiġu affettwati mill-kalamiti bħal arloġġi, tejp manjetiku u kards manjetiċi.

Jekk l-earphones jew il-kontenitur tal-iċċarġjar ikunu maħmuġin, imsaħ il-wiċċ tagħhom bʼċarruta niexfa.

Jekk it-terminali tal-iċċarġjar ikunu maħmuġin, naddafhom bis-swab tal-qoton jew bʼxi ħaġa simili.

Dwar il-protezzjoni mill-ilma/il-protezzjoni mill-qtar tal-ilma...

Għalkemm dawn l-unitajiet tal-headphones għandhom funzjoni taʼ protezzjoni mill-ilma (IPX5), Hija mhijiex kompletament impermeabbli.

Meta tlaħlaħ, uża l-ilma tal-vit. Tużax xampù jew ilma bis-sapun.

Mʼgħandux jitniżżel taħt l-ilma jew jiġi fʼkuntatt kontinwu mal-ilma.

Il-kaxxa tal-ikkarikar la hija reżistenti għal taqtir u lanqas mhi reżistenti għall-ilma. Agħti attenzjoni partikolari biex tevita kuntatt mal-ilma jew mal-għaraq għax dan jistaʼ jikkawża funzjonament ħażin.


Garanzija Ewropea

Jekk jogħġbok irreferi għal dan li ġej għal informazzjoni dwar il-Garanzija Ewropea.