> Awdjo/Telefon > Tħaddim tal-awdjo
Tħaddim tal-awdjo
Kif jintlibsu
Identifika n-naħat tal-L (xellug) u r-R (lemin) tal-earphones, u ilbishom korrettament.
Aġġusta l-pożizzjoni tal-awrikolari biex iddaħħalhom sew fʼwidnejk.
L-earpieces tas-silikon taʼ daqs medju ikunu mwaħħla meta jinxtara l-prodott.
Daqs mhux korrett tal-earpiece jistaʼ jirriżulta fʼtelf tal-ħoss u nuqqas taʼ baxx.
Agħżel earpiece adattata mit-tliet daqsijiet (S, M u L) biex isseddaq l-esperjenza tas-smigħ tiegħek u biex tiffittja bl-aħjar mod.
Iċċekkja li l-earpiece hija mqabbda sewwa kif jidher fl-istampa.
Jekk l-earpiece ma tkunx imqabbda sewwa, tistaʼ tinqalaʼ waqt l-użu u tibqaʼ fʼwidintek. Jekk l-earpiece tibqaʼ fʼwidintek, oqgħod attent li ma timbuttahiex aktar ʼl ġewwa fʼwidintek.
Ikkompressa l-earpiece bʼsubgħajk u daħħal l-earphone fʼwidintek.
Kif tħaddem ir-remote control
Ixgħel u ħaddem l-app tal-mużika fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad, biex tibda l-playback.
Play/Pause ()
Agħfas it-tast fuq l-awrikolar tal-L (xellug) jew tar-R (lemin) darba malajr.
Aġġustament tal-volum (/)
Biex tgħolli l-volum, agħfas it-tast fuq l-awrikolar tar-R (lemin) darbtejn malajr.
Biex tbaxxi l-volum, agħfas it-tast fuq l-awrikolar tal-L (xellug) darbtejn malajr.
Aqbeż għat-track li jmiss ()
Waqt il-playback, agħfas u żomm it-tast għal madwar sekonda u itlaq subgħajk meta jinstemaʼ ħoss taʼ bijp.
It-trekk li jmiss jindaqq wara li tintemm il-playback tat-trekk attwali.
Aqbeż għat-track preċedenti jew għall-bidu tat-track attwali ()
Waqt il-playback, agħfas u żomm it-tast għal madwar sekonda u itlaq subgħajk meta jinstemaʼ ħoss taʼ bijp.
It-trekk preċedenti jew il-bidu tat-trekk attwali jindaqq wara li jintemm il-playback tat-trekk attwali.
Meta l-enerġija li jkun fadal fil-batterija titbaxxa, ħoss taʼ bijp jinstemaʼ ripetutament mill-awrikolar li kienet spiċċatilha l-batterija.
Meta tara l-films bl-earphones, jistaʼ jseħħ dewmien żgħir fil-produzzjoni tal-awdjo.
Aħna ma niggarantux l-operazzjonijiet kollha tal-apparat BLUETOOTH.