> ATTENZJONI

ATTENZJONI

Jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni dwar twissijiet u prekawzjonijiet tas-sikurezza importanti fil-Manwal tal-Istruzzjonijiet li hemm maʼ din l-unità.

BT_Earphone_CAUTION_Blank_Line

Biex tnaqqas ir-riskju taʼ xokkijiet elettriċi, nar, eċċ.

Iżżarmax u timmodifikax it-tagħmir.

Tħallix oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar, tal-ilma jew metalliċi milli jidħlu fit-tagħmir.

Għas-sigurtà tiegħek...

Tibqax tuża l-headphones jekk qed jikkawżawlek skumdità kbira jew irritazzjoni fuq il-ġilda u widnejk. Dawn jistgħu jagħmlu ħsara għall-ġilda tiegħek u jikkawżaw raxx jew infjamazzjoni.

Jekk l-earpieces jew xi partijiet oħrajn tal-headphones jeħlu fʼwidnejk, oqgħod attent/a li ma timbuttahomx ʼil ġewwa fil-kanal taʼ widnejk u fittex għajnuna medika xierqa biex tneħħihom. Tistaʼ ssir ħsara lill-widna jekk persuni li mhumiex professjonisti jippruvaw ineħħu din il-parti.

Aħżen l-earpieces fʼpost sigur fejn it-tfal ma jistgħux jilħquhom biex tevita r-riskju taʼ inċident jew periklu possibbli bħal pereżempju, jibilgħuhom.

Fʼkundizzjonijiet tal-arja aktar xotti bħal fix-Xitwa, tistaʼ tħoss xi ftit taʼ xokk statiku meta tuża l-headphones.

Waħħal l-earpieces bʼmod sod meta tibdilhom; nuqqas milli tagħmel dan jistaʼ jwassal sabiex l-earpieces jeħlu fil-kanal taʼ widnejk meta jitneħħew, biex bʼhekk isiru periklu possibbli għas-saħħa.

Prekawzjonijiet għall-użu

Tużax il-kejbil tal-iċċarġjar jekk iż-żona tal-plagg hija mgħawġa għax dan jistaʼ jikkawża nar, ħruq, jew xokkijiet elettriċi. Tħallix il-plagg jew it-terminal tal-unità jiġi fʼkuntatt maʼ likwidi (bħall-għaraq, xarbiet, u sprej antisettiku) jew oġġetti barranin (bħal biċċiet żgħar taʼ skart, trab, u oġġetti metalliċi). Waqqaf l-użu immedjatament jekk l-unità tiġi fʼkuntatt maʼ oġġetti barranin jew jekk ikun hemm ħsejjes, irwejjaħ, jew duħħan anormali ħerġin mill-unità.

Dawn il-headphones għandhom kalamita integrata fihom. Tressaqhomx qrib oġġetti li jistgħu jiġu affettwati mill-kalamiti bħal arloġġi, tejp manjetiku u kards manjetiċi.

Jekk it-terminali tal-iċċarġjar ikunu maħmuġin, naddafhom bis-swab tal-qoton jew bʼxi ħaġa simili.

Jekk l-earphones jew il-kontenitur tal-iċċarġjar ikunu maħmuġin, imsaħ il-wiċċ tagħhom bʼċarruta niexfa.

Il-ħmieġ fuq il-parti tal-ħruġ tal-awdjo jistaʼ jikkaġuna tnaqqis fil-volum. Naddaf il-parti tal-ħruġ tal-awdjo tal-earphones regolarment billi bʼattenzjoni tfarfarha bi xkupilja tas-snien ratba.

Dwar il-protezzjoni mill-qtar tal-ilma...

Għalkemm dawn l-unitajiet tal-headphones għandhom karatteristika taʼ protezzjoni mill-ilma (IPX4), din mhijiex kompletament impermeabbli.

Mʼgħandux jitniżżel taħt l-ilma jew jiġi fʼkuntatt kontinwu mal-ilma.

Qabel ma tiċċarġja, kun żgur li l-unità tal-headphone hija ħielsa mit-trab u mhijiex imxarrba.

Il-kaxxa tal-ikkarikar la hija reżistenti għal taqtir u lanqas mhi reżistenti għall-ilma. Agħti attenzjoni partikolari biex tevita kuntatt mal-ilma jew mal-għaraq għax dan jistaʼ jikkawża funzjonament ħażin.