Individwazzjoni u soluzzjoni tal-problemi
Sintomu |
Azzjoni |
---|---|
Ma jistax jipperja |
Miss u agħfas iż-żona tas-sensur tal-mess sakemm l-indikatur jibda jteptep aħmar u abjad bʼmod alternat. Waqt l-akkopjament, kun żgur li l-apparat BLUETOOTH ma jkunx aktar minn 1 m ʼl bogħod minn din l-unità. Ixgħel l-apparat BLUETOOTH u attiva l-pairing. Ħassar l-informazzjoni tal-pairing minn fuq il-lista tal-apparat BLUETOOTH u wettaq pairing mill-ġdid. Wettaq it-tħaddim wara li tissettja l-funzjoni BLUETOOTH tal-apparat ikkonnettjat fuq OFF u mbagħad għal darbʼoħra fuq ON. Wettaq it-tħaddim wara li titfi l-apparat ikkonnettjat u terġaʼ tixegħlu. Irreferi għall-paġna dwar il-konnessjoni. L-ikkonnettjar (Power On) Iċċekkja jekk is-Sistema hijiex ikkonnettjata maʼ xi apparat ieħor. Itfi s-settings BLUETOOTH taʼ apparati oħra u attiva l-pairing mal-apparat mixtieq. |
L-indikatur iteptep aħmar u l-konnessjoni ma tkun tista titlesta |
Ixgħel l-apparat BLUETOOTH, attiva l-funzjoni Bluetooth tiegħu u agħżel dan it-tagħmir mil-lista tal-apparat BLUETOOTH. Meta l-enerġija li jkun fadal fil-batterija tal-earphone tkun kważi żero, l-indikatur iteptep aħmar bil-mod. Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha. |
Wara li tikkonnettja maʼ dan it-tagħmir, l-apparat BLUETOOTH imqabbad ma jaħdimx immedjatament |
Skont l-apparat BLUETOOTH ikkonnettjat, anke meta l-indikatur iteptep abjad wara li jikkonnettja mas-Sistema, l-apparat BLUETOOTH jistaʼ ma jiffunzjonax mill-ewwel minħabba dewmien fit-tħaddim tal-konnessjoni. Stenna għal ftit sekondi u erġaʼ pprova ħaddmu. |
Il-volum huwa baxx jew il-ħoss mhuwiex pjaċevoli |
Żid il-volum fuq dan it-tagħmir jew fuq l-apparat BLUETOOTH imqababd. Daħħal l-earpieces bʼmod aktar sikur. Ibdel id-daqs tal-earpieces. Smigħ tal-mużika Iċċekkja hijiex użata l-funzjoni Miss u Tkellem. Taptap iż-żona tas-sensur tal-mess tal-earphone R (lemin) darba malajr biex taqleb għall-funzjoni Miss u Tkellem. |
Il-ħoss huwa mħarbat |
Aġġusta l-volum fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad sabiex ma jkunx hemm tħarbit tal-ħoss, u mbagħad aġġusta l-volum fuq dan it-tagħmir. Erġaʼ ċċarġja l-unità. L-iċċarġjar |
Il-ħoss jaqtaʼ u hemm storbju |
Ibdel il-pożizzjoni tal-apparat BLUETOOTH imqabbad fʼpożizzjoni u direzzjoni fejn il-komunikazzjoni hija stabbli. Ipprova naqqas in-numru taʼ apps li jkunu għaddejjin fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad. Iċċarġja dan it-tagħmir. L-iċċarġjar |
Is-Sistema ma taħdimx tajjeb |
Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha. Meta tħaddem il-kontroll mill-bogħod, miss biss iż-żona tas-sensur tal-mess fin-naħa tat-tħaddim. Tmissx iż-żona tas-sensur tal-mess fin-naħa opposta. Is-sensur tal-mess jistaʼ jiffunzjona ħażin meta jintmess. |
L-ebda reazzjoni mis-sensur tal-mess |
Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha. Missu direttament bil-ballun taʼ sebgħek. Tmissux bʼpinna jew bʼdifrek. Is-sensur tal-mess ma jaħdimx jekk is-sensur jew sebgħek huma mxarrbin. Ixxotta sebgħek bʼċarruta. Is-sensur tal-mess ma jaħdimx bl-ingwanti. Neħħi l-ingwanta tiegħek u erġaʼ ħaddmu. Is-sensur tal-mess ma jaħdimx meta jkun hemm ix-xagħar fuq is-sensur. Miss direttament iż-żona tas-sensur tal-mess. Miss iċ-ċentru (iċ-ċentru tal-headphone) tas-sensur tal-mess. |
Ma tistax tixgħelhom. |
Iċċarġja dan it-tagħmir. L-iċċarġjar |
L-earphones jaqgħu faċilment mill-widnejn |
Ibdel id-daqs tal-earpieces u tal-ganċijiet tal-widna. Smigħ tal-mużika |
Meta ma tkunx tista’ tiċċarġja |
Kun żgur li l-kejbil tal-USB huwa pplaggjat sa ġewwa. Jekk jogħġbok iċċarġja fi ħdan il-firxa tat-temperatura tal-iċċarġjar. |