> Meta jkollok xi problema > Solvien taʼ problemi
Solvien taʼ problemi
Unità Prinċipali
Sintomu |
Azzjoni |
---|---|
Ma jistax jipperja |
Poġġi ż-żewġ earphones fil-kontenitur tal-iċċarġjar, stenna li d-dawl tal-indikatur jintefa jew isir aħmar, u wara erġa’ oħroġ l-earphones. Waqt l-akkopjament, kun żgur li l-apparat BLUETOOTH ma jkunx aktar minn 1 m ʼl bogħod minn din l-unità. Ħaddem l-apparat BLUETOOTH biex tikkonnettja. Ixgħel l-apparat BLUETOOTH u attiva l-pairing. Ħassar l-informazzjoni tal-pairing minn fuq il-lista tal-apparat BLUETOOTH u wettaq pairing mill-ġdid. Wettaq it-tħaddim wara li tissettja l-funzjoni BLUETOOTH tal-apparat ikkonnettjat fuq OFF u mbagħad għal darbʼoħra fuq ON. Wettaq it-tħaddim wara li titfi l-apparat ikkonnettjat u terġaʼ tixegħlu. Irreferi għall-passi biex tistabbilixxi l-konnessjoni. Il-Pairing (Ir-reġistrazzjoni tal-apparat) Skont l-apparat BLUETOOTH, il-messaġġ li jindika li ma seħħitx il-konnessjoni jiġi muri wara li jitlesta l-pairing. Meta jiġri dan, jekk l-iskrin tas-setting tal-apparat BLUETOOTH juri li earphone waħda biss hija kkonnettjata, hija tkun ġiet ikkonnettjata sewwa. Inti tistaʼ tismaʼ l-ħsejjes miż-żewġ earphones. Apparat BLUETOOTH li jappoġġja lil Qualcomm® TrueWireless™ Stereo Plus juri li ż-żewġ earphones huma kkonnettjati. Jekk earphone waħda mhijiex ikkonnettjata, poġġi l-earphones lura fil-kontenitur tal-iċċarġjar, stenna sakemm jintfew u rrepeti l-passi mill-ġdid. Iċċekkja jekk is-Sistema hijiex ikkonnettjata maʼ xi apparat ieħor. Itfi s-settings BLUETOOTH taʼ apparati oħra u attiva l-pairing mal-apparat mixtieq. L-iskrin tas-setting tal-apparat BLUETOOTH juri li earphone waħda biss hija kkonnettjata. Madankollu, tistaʼ tismaʼ l-ħoss miż-żewġ earphones. Apparat BLUETOOTH li jappoġġja lil Qualcomm® TrueWireless™ Stereo Plus juri li ż-żewġ earphones huma kkonnettjati. Ikkonnettja s-Sistema |
Meta l-earphones iteptpu aħmar u l-konnessjoni ma tistax tiġi stabbilita |
Ixgħel l-apparat BLUETOOTH, attiva l-funzjoni Bluetooth tiegħu u agħżel dan it-tagħmir mil-lista tal-apparat BLUETOOTH. Poġġi ż-żewġ earphones fil-kontenitur tal-iċċarġjar, stenna li d-dawl tal-indikatur jintefa jew isir aħmar, u wara erġa’ oħroġ l-earphones biex tistabbilixxi l-konnessjoni. Wara li toħroġ l-earphones, ressaq l-earphones tal-L (xellug) u tar-R (lemin) qrib xulxin. Meta l-enerġija li jkun fadal fil-batterija tal-earphone tkun kważi żero, l-indikatur iteptep aħmar bil-mod. Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha. |
Il-ħoss jinstemaʼ biss mill-awrikolar tax-xellug jew tal-lemin |
Poġġi ż-żewġ earphones fil-kontenitur tal-iċċarġjar, stenna li d-dawl tal-indikatur jintefa jew isir aħmar, u wara erġa’ oħroġ l-earphones biex tistabbilixxi l-konnessjoni. Wara li toħroġ l-earphones, ressaq l-earphones tal-L (xellug) u tar-R (lemin) qrib xulxin. Daħħal l-earpieces bʼmod aktar sikur. Irrisettja l-kontrolli għaal dak awtomatiku tal-fabbrika u erġaʼ kkonnettja. Kif tirristabbilixxi s-settings għall-istat inizjali Iċċekkja jekk waħda mill-earphones hijiex ikkonnettjata maʼ xi apparat BLUETOOTH ieħor. Itfi s-settings BLUETOOTH taʼ apparati oħra u attiva l-pairing mal-apparat mixtieq. |
Wara li tikkonnettja maʼ dan it-tagħmir, l-apparat BLUETOOTH imqabbad ma jaħdimx immedjatament |
Skont l-apparat ikkonnettjat, anki meta l-indikaturi jkunu saru bojod wara li tiġi stabbilita l-konnessjoni, l-earphones jistgħu ma jibdewx jiffunzjonaw mill-ewwel minħabba dewmien fil-konnessjoni. Stenna għal ftit sekondi u erġaʼ pprova ħaddmu. |
L-ebda reazzjoni mis-sensur tal-mess |
Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha. Missu direttament bil-ballun taʼ sebgħek. Tmissux bʼpinna jew bʼdifrek. Is-sensur tal-mess ma jaħdimx jekk is-sensur jew sebgħek huma mxarrbin. Ixxotta sebgħek bʼċarruta. Is-sensur tal-mess ma jaħdimx bl-ingwanti. Neħħi l-ingwanta tiegħek u erġaʼ ħaddmu. Is-sensur tal-mess ma jaħdimx meta jkun hemm ix-xagħar fuq is-sensur. Miss direttament iż-żona tas-sensur tal-mess. Miss iċ-ċentru (iċ-ċentru tal-headphone) tas-sensur tal-mess. |
Il-volum huwa baxx jew il-ħoss mhuwiex pjaċevoli |
Żid il-volum fuq dan it-tagħmir jew fuq l-apparat BLUETOOTH imqababd. Daħħal l-earpieces bʼmod aktar sikur. Ibdel id-daqs tal-earpieces. Smigħ tal-mużika Iċċekkja hijiex użata l-funzjoni Miss u Tkellem. Taptap iż-żona tas-sensur tal-mess tal-earphone R (lemin) darba malajr biex taqleb għall-funzjoni Miss u Tkellem. |
Meta ma tistax taqbeż lura għat-trekk preċedenti |
Waqt il-playback, miss u agħfas iż-żona tas-sensur tal-mess fuq l-earphone tal-L (xellug) għal madwar 1 sekonda u neħħi sebgħek meta tinstemaʼ bip. Se jindaqq it-trekk preċedenti jew il-bidu tat-trekk attwali. L-apparat BLUETOOTH jew l-applikazzjoni tal-mużika tiegħek jistgħu ma jappoġġjawx it-tħaddim tal-kontroll mill-bogħod. Ħaddem l-apparat BLUETOOTH biex terġaʼ lura għat-trekk preċedenti. |
Meta ma tistax taqbeż għat-trekk li jmiss |
Waqt il-playback, miss u agħfas iż-żona tas-sensur tal-mess fuq l-earphone tar-R (lemin) għal madwar 1 sekonda u neħħi sebgħek meta tinstemaʼ bip. Se jindaqq it-trekk li jmiss. L-apparat BLUETOOTH jew l-applikazzjoni tal-mużika tiegħek jistgħu ma jappoġġjawx it-tħaddim tal-kontroll mill-bogħod. Ħaddem l-apparat BLUETOOTH biex iddoqq it-trekk li jmiss. |
L-earphones jaqgħu faċilment mill-widnejn |
Ibdel id-daqs tal-earpieces u tal-ganċijiet tal-widna. Smigħ tal-mużika |
Il-ħoss huwa mħarbat |
Aġġusta l-volum fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad sabiex ma jkunx hemm tħarbit tal-ħoss, u mbagħad aġġusta l-volum fuq dan it-tagħmir. Iċċarġja l-unità prinċipali. L-iċċarġjar |
Il-ħoss jaqtaʼ u hemm storbju |
Uża l-apparat ikkonnettjat fʼpożizzjoni jew orjentazzjoni li tippermetti l-aktar komunikazzjoni stabbli. Il-ħoss ikollu t-tendenza li jiġi interrott meta l-earphones jiġu mgħottijin bl-idejn. Naħa waħda tal-earphones hija l-unità prinċipali u tintuża biex tikkonnettja mal-apparat kif ukoll man-naħa l-oħra. Ikkonnettja s-Sistema Ipprova naqqas in-numru taʼ apps li jkunu għaddejjin fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad. Iċċarġja l-unità prinċipali. L-iċċarġjar |
Is-Sistema ma taħdimx tajjeb |
Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha. |
Ma tistax tixgħelhom. |
Iċċarġja l-kontenitur tal-iċċarġjar l-ewwel. Iċċarġjar tal-kontenitur tal-iċċarġjar Iċċarġja l-unità prinċipali. L-iċċarġjar |
Meta ma tistax tikkarga u titfi l-elettriku |
Neħħi ż-żewġ earphones mill-kontenitur tal-iċċarġjar u poġġihom lura mill-ġdid. Kun żgur li l-earphones huma mdaħħlin bʼmod sħiħ fil-kontenitur tal-iċċarġjar. Uża swob tal-tajjar biex tneħħi kwalunkwe ħmieġ mill-kuntatti tal-earphones u tal-kontenitur tal-iċċarġjar. Iċċarġja l-kontenitur tal-iċċarġjar l-ewwel. Iċċarġjar tal-kontenitur tal-iċċarġjar |
Meta ma tkunx tista’ tiċċarġja |
Kun żgur li l-kejbil tal-USB huwa pplaggjat sa ġewwa. Jekk jogħġbok iċċarġja fi ħdan il-firxa tat-temperatura tal-iċċarġjar (5 °C (41 °F) sa 35 °C (95 °F)). |
Mʼiniex ċert xʼinhu indikat meta jteptpu u jixgħelu l-indikaturi |
Irreferi għal Lista tal-istat tal-indikatur. |
Jekk ma jinstemaʼ l-ebda ħoss mill-earphones jew l-earphones ma jistgħux jiġu kkonnettjati mal-apparat BLUETOOTH tiegħek wara li twettaq l-operazzjonijiet issuġġeriti fit-taqsima tal-Individwazzjoni u Soluzzjoni tal-Problemi, jekk terġaʼ tistabbilixxi s-settings tal-earphones għall-istat inizjali tistaʼ ssolvi l-problema. Kif tirristabbilixxi s-settings għall-istat inizjali