ATTENZJONI
Jekk jogħġbok aqra "GWIDA MALAJR" li hemm maʼ din l-unità biex tikseb informazzjoni dwar twissijiet u prekawzjonijiet tas-sikurezza importanti.

Biex tnaqqas ir-riskju taʼ xokkijiet elettriċi, nar, eċċ.
Iżżarmax u timmodifikax it-tagħmir.
Tħallix oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar, tal-ilma jew metalliċi milli jidħlu fit-tagħmir.
Għas-sigurtà tiegħek...
Tibqax tuża l-headphones jekk qed jikkawżawlek skumdità kbira jew irritazzjoni fuq il-ġilda u widnejk. Dawn jistgħu jagħmlu ħsara għall-ġilda tiegħek u jikkawżaw raxx jew infjamazzjoni.
Jekk l-earpieces jew xi partijiet oħrajn tal-headphones jeħlu fʼwidnejk, oqgħod attent/a li ma timbuttahomx ʼil ġewwa fil-kanal taʼ widnejk u fittex għajnuna medika xierqa biex tneħħihom. Tistaʼ ssir ħsara lill-widna jekk persuni li mhumiex professjonisti jippruvaw ineħħu din il-parti.
Aħżen l-earpieces fʼpost sigur fejn it-tfal ma jistgħux jilħquhom biex tevita r-riskju taʼ inċident jew periklu possibbli bħal pereżempju, jibilgħuhom.
Fʼkundizzjonijiet tal-arja aktar xotti bħal fix-Xitwa, tistaʼ tħoss xi ftit taʼ xokk statiku meta tuża l-headphones.
Waħħal l-earpieces bʼmod sod meta tibdilhom; nuqqas milli tagħmel dan jistaʼ jwassal sabiex l-earpieces jeħlu fil-kanal taʼ widnejk meta jitneħħew, biex bʼhekk isiru periklu possibbli għas-saħħa.
Prekawzjonijiet għall-użu
Tużax il-kejbil tal-iċċarġjar jekk iż-żona tal-plagg hija mgħawġa għax dan jistaʼ jikkawża nar, ħruq, jew xokkijiet elettriċi. Tħallix il-plagg jew it-terminal tal-unità jiġi fʼkuntatt maʼ likwidi (bħall-għaraq, xarbiet, u sprej antisettiku) jew oġġetti barranin (bħal biċċiet żgħar taʼ skart, trab, u oġġetti metalliċi). Waqqaf l-użu immedjatament jekk l-unità tiġi fʼkuntatt maʼ oġġetti barranin jew jekk ikun hemm ħsejjes, irwejjaħ, jew duħħan anormali ħerġin mill-unità.
Waqqaf l-użu tal-earphones fʼkaż li l-ganċijiet flessibbli jkunu bil-ħsara. Użu kontinwu jistaʼ jagħmel ħsara lil widnejk.
Dawn il-headphones għandhom kalamita integrata fihom. Tressaqhomx qrib oġġetti li jistgħu jiġu affettwati mill-kalamiti bħal arloġġi, tejp manjetiku u kards manjetiċi.
Meta tpoġġi l-earphones lura fil-kontenitur tal-iċċarġjar, kun żgur li mʼhemmx ilma jew għaraq fuq it-terminali tal-iċċarġjar. Jekk ikun hemm xi ilma jew għaraq fuq it-terminali tal-iċċarġjar, imsaħhom bʼtajjara jew bʼxi ħaġa simili qabel tpoġġihom lura fil-kontenitur tal-iċċarġjar.
Jekk l-earphones jew il-kontenitur tal-iċċarġjar ikunu maħmuġin, imsaħ il-wiċċ tagħhom bʼċarruta niexfa.
Biex ikollok l-aħjar volum u kwalità tal-ħoss, naddaf regolarment il-parti tal-ħruġ tal-awdjo tal-earphones, li tinkixef meta tneħħi l-earpiece, billi tfarfarha bʼattenzjoni bi xkupilja tas-snien ratba.
Dwar il-protezzjoni mill-ilma/il-protezzjoni mit-trab...
Earphones
Dawn l-earphones għandhom karatteristiċi reżistenti għall-ilma u reżistenti għat-trab (IPX7 u IP5X).
It-tipi taʼ likwidi koperti fl-ispeċifikazzjoni taʼ reżistenza għall-ilma huma ilma ħelu u ilma tal-vit. Evita li tgħaddas il-prodott fi kwalunkwe tip ieħor ta’ likwidu (ilma bis-sapun, ilma tal-pixxina, ilma baħar, ilma tan-nixxiegħat sħan, eċċ.).
L-użu jew l-iċċarġjar tal-earphones bl-ilma, bl-għaraq jew bit-trab magħhom jistaʼ jirriżulta fi ħsara.
Jekk l-ilma, l-għaraq jew it-trab jiġi fʼkuntatt mal-earphones, imsħu bʼċarruta xotta u ratba.
Tpoġġix dan il-prodott direttament fuq ir-ramel taʼ bajja, fʼkaxxa tar-ramel, eċċ. Ir-ramel jista’ jidħol fl-ear pieces u jikkawża li l-volum jonqos, jew ir-ramel jista’ jidħol fil-widnejn.
Jekk xi ilma jibqa’ fuq l-earphones, il-ħoss jista’ jinstema’ iktar baxx jew ma jinstemax sew. Din mhijiex ħsara. Fʼdan il-każ, imsaħ l-earphones bʼċarruta ratba u bil-mod taptaphom fuq ċarruta, bil-parti minn fejn joħroġ il-ħoss tħares ’l isfel biex tneħħi kwalunkwe ilma li jkun fadal.

Parti Minn Fejn Joħroġ il-Ħoss
Kontenitur tal-iċċarġjar
Il-kontenitur tal-iċċarġjar la huwa reżistenti għall-ilma u lanqas għat-trab. Oqgħod attent ħafna biex tevita l-kuntatt mal-ilma, mal-għaraq jew mat-trab għax dawn jistgħu jikkawżaw ħsara fil-prodott. Meta l-prodott jiġi fʼkuntatt mal-ilma, mat-trab jew mal-għaraq, imsħu minnufih bʼċarruta xotta u ratba.