L-Ikkonnettjar
-
1Iċċekkja li l-apparat ikun mitfi.ON/OFF
-
2Wettaq waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin skont kif ikun l-istat tal-konnessjoni.
-
Meta tikkonnettja għall-ewwel darba
Żomm il-buttuna għal 3 sekondi sakemm l-indikatur jibda jteptep aħmar u blu bʼmod alternat.
Meta jkun hemm 2 jew aktar apparati Bluetooth li magħhom tistaʼ tikkonnettja
Żomm il-buttuna għal 7 sekondi sakemm l-indikatur jibda jteptep aħmar u blu bʼmod alternat.
-
3Ixgħel il-funzjoni Bluetooth tal-apparat BLUETOOTH.
-
4Agħżel "JVC HA-EN10BT" mil-lista tat-tagħmir.
-
L-indikatur iteptep bil-mod fil-blu meta titlesta konnessjoni.
Matul il-proċess taʼ pairing, l-apparat BLUETOOTH jistaʼ jkollu bżonn li jiddaħħal kodiċi PIN. Fʼdak il-każ, daħħal "0000" bħala l-kodiċi PIN għas-Sistema.
Jekk il-konnessjoni (pairing) ma ssirx fi żmien 5 minuti wara li l-indikatur jibda jteptep, is-Sistema awtomatikament tintefa waħidha.