> Individwazzjoni u soluzzjoni tal-problemi

Individwazzjoni u soluzzjoni tal-problemi

Sintomu

Azzjoni

Ma jistax jipperja

Titlaqx Maru il-buttuna qabel l-indikatur iteptep aħmar u blu bʼmod alternat.

Waqt il-pairing, kun żgur li l-apparat BLUETOOTH ikun fʼdistanza taʼ mhux iktar ʼil bogħod minn metru mill-headphones tiegħek.

Ixgħel l-apparat BLUETOOTH u attiva l-pairing.

Ħassar l-informazzjoni tal-pairing minn fuq il-lista tal-apparat BLUETOOTH u wettaq pairing mill-ġdid.

Irreferi għall-paġna dwar il-konnessjoni. L-Ikkonnettjar

L-indikatur iteptep aħmar u l-konnessjoni ma tkun tista titlesta

Ixgħel l-apparat BLUETOOTH, attiva l-funzjoni Bluetooth tiegħu u agħżel dan it-tagħmir mil-lista tal-apparat BLUETOOTH.

Wara li tikkonnettja maʼ dan it-tagħmir, l-apparat BLUETOOTH imqabbad ma jaħdimx immedjatament

Skont liem ikun l-apparat BLUETOOTH imqabbad, anke meta l-indikatur jaqleb blu wara l-konnessjoni maʼ dan it-tagħmir, l-apparat BLUETOOTH jistaʼ ma jaħdimx immedjatament minħabba d-dewmien fl-operazzjoni taʼ konnessjoni. Stenna għal ftit sekondi u erġaʼ pprova ħaddmu.

Il-volum huwa baxx jew il-ħoss mhuwiex pjaċevoli

Żid il-volum fuq dan it-tagħmir jew fuq l-apparat BLUETOOTH imqababd.

Daħħal l-earpieces bʼmod aktar sikur.

Ibdel id-daqs tal-earpieces. Smigħ tal-mużika

Il-ħoss huwa mħarbat

Aġġusta l-volum fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad sabiex ma jkunx hemm tħarbit tal-ħoss, u mbagħad aġġusta l-volum fuq dan it-tagħmir.

Erġaʼ ċċarġja l-unità. L-iċċarġjar

Il-ħoss jaqtaʼ u hemm storbju

Ibdel il-pożizzjoni tal-apparat BLUETOOTH imqabbad fʼpożizzjoni u direzzjoni fejn il-komunikazzjoni hija stabbli.

Ipprova naqqas in-numru taʼ apps li jkunu għaddejjin fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad.

Iċċarġja dan it-tagħmir. L-iċċarġjar

Is-Sistema ma taħdimx tajjeb

Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha.

Ma tistax tixgħelhom.

Iċċarġja dan it-tagħmir. L-iċċarġjar

Meta ma tkunx tista’ tiċċarġja (il-kontenitur tal-iċċarġjar)

Kun żgur li l-kejbil tal-USB huwa pplaggjat sa ġewwa.

Jekk jogħġbok iċċarġja fi ħdan il-firxa tat-temperatura tal-iċċarġjar.

Il-headphones jaqgħu faċilment mill-widnejn

Iċċekkja li l-headphones qed jintlibsu tajjeb fuq widnejk.

Iċċekkja jekk l-earpieces u l-ganċijiet tal-widna humiex adatti għal widnejk. Ibdel id-daqs tal-earpieces u tal-ganċijiet tal-widna kif ikun meħtieġ.

Meta ma tkunx tista tiftaħ l-applikazzjoni

Ikkonnettja l-ismartphone maʼ dan il-prodott qabel ma tiftaħ l-applikazzjoni.

Ma tistax tkejjel korrettament bl-applikazzjoni

Iċċekkja li l-headphones qed jintlibsu tajjeb fuq widnejk. Kif jintlibsu