ATTENZJONI
Jekk jogħġbok aqra l-informazzjoni dwar twissijiet u prekawzjonijiet tas-sikurezza importanti fil-Manwal tal-Istruzzjonijiet li hemm maʼ din l-unità.
Biex tnaqqas ir-riskju taʼ xokkijiet elettriċi, nar, eċċ.
Iżżarmax u timmodifikax it-tagħmir.
Tħallix oġġetti li jistgħu jieħdu n-nar, tal-ilma jew metalliċi milli jidħlu fit-tagħmir.
Għas-sigurtà tiegħek...
Tibqax tuża l-headphones jekk qed jikkawżawlek skumdità kbira jew irritazzjoni fuq il-ġilda u widnejk. Dawn jistgħu jagħmlu ħsara għall-ġilda tiegħek u jikkawżaw raxx jew infjamazzjoni.
Fʼkundizzjonijiet tal-arja aktar xotti bħal fix-Xitwa, tistaʼ tħoss xi ftit taʼ xokk statiku meta tuża l-headphones.
Prekawzjonijiet għall-użu
Tibqax tuża din l-unità jekk il-plagg ikun mgħawweġ, għax jistaʼ jikkaġuna nar, ħruq jew xokk elettriku. Oqgħod attent li ma tħallix likwidi (għaraq, xorb, sprej diżinfettant, eċċ.) jew oġġetti barranin (ħmieġ, trab, biċċiet tal-metall, eċċ.) jikkontaminaw il-plagg. Ieqaf minnufih mill-użu taʼ din l-unità jekk il-plagg jiġi kkontaminat, jew meta minn din l-unità joħroġ ħoss, riħa jew duħħan stramb.
Il-ħmieġ fuq il-parti tal-ħruġ tal-awdjo jistaʼ jikkaġuna tnaqqis fil-volum. Naddaf il-parti tal-ħruġ tal-awdjo tal-earphones regolarment billi bʼattenzjoni tfarfarha bi xkupilja tas-snien ratba.
Il-Karatteristika tal-Protezzjoni mill-Qtar tal-Ilma taʼ dan il-Prodott
L-istruttura tal-protezzjoni mill-qtar tal-ilma tal-parti tal-earphone hija ekwivalenti għal IPX2 tal-istandard JIS C0920 (IEC60529). Mhijiex kompletament reżistenti għall-ilma.
* IPX2 (grad li jipproteġi kontra l-ilma li jqattar vertikalment) ifisser li l-unità tistaʼ taħdem bʼmod normali anki meta jkun hemm l-ilma jqattar direttament minn fuq tagħmir li jkun installat fʼangolu taʼ 15° jew inqas.
Il-kontroll mill-bogħod mhux protett kontra l-qtar tal-ilma. Oqgħod attent ħafna biex tevita l-kuntatt mal-ilma jew mal-għaraq.
Iddaħħalx dan il-prodott fl-ilma.
Meta l-prodott jiġi fʼkuntatt mal-ilma jew mal-għaraq, imsaħhom minnufih bʼċarruta xotta u ratba.