> Awdjo/Telefon > Tħaddim tal-awdjo
Tħaddim tal-awdjo
Kif jintlibsu
Identifika l-headphones tax-xellug u tal-lemin. (Hemm ħotba żgħira mqabbża fʼforma taʼ nofs ċirku fin-naħa L (tax-xellug).)
L-earpieces tas-silikon taʼ daqs medju ikunu mwaħħla meta jinxtara l-prodott.
Daqs mhux korrett tal-earpiece jistaʼ jirriżulta fʼtelf tal-ħoss u nuqqas taʼ baxx.
Biex tgawdi kwalità tajba tal-ħoss, agħżel l-earpieces l-aktar xierqa minn XS/S/M/L u ffittjahom fʼwidnejk.
Iċċekkja li l-earpiece hija mqabbda sewwa kif jidher fl-istampa.
Jekk l-earpiece ma tkunx imqabbda sewwa, tistaʼ tinqalaʼ waqt l-użu u tibqaʼ fʼwidintek. Jekk l-earpiece tibqaʼ fʼwidintek, oqgħod attent li ma timbuttahiex aktar ʼl ġewwa fʼwidintek.
Smigħ tal-mużika
Ixgħel u ħaddem l-app tal-mużika fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad, biex tibda l-playback.
Kif tħaddem ir-remote control
Play/Pause ()
Agħfas il-buttuna darba malajr.
Aġġustament tal-volum (/)
Agħfas / il-buttuna darba malajr.
Agħfas il-buttuna biex tbiddel il-volum kontinwament.
Aqbeż għat-track li jmiss ()
Agħfas il-buttuna darbtejn malajr matul il-playback.
Aqbeż għat-track preċedenti jew għall-bidu tat-track attwali ()
Agħfas il-buttuna tliet darbiet malajr matul il-playback.
Kif tuża l-funzjoni li tikkanċella l-istorbju
Agħfas is-swiċċ NC għal madwar 1 sekonda biex tattiva l-funzjoni.
L-indikatur jixgħel aħdar.
Meta terġa’ tagħfas is-swiċċ NC għal madwar 1 sekonda titfi l-funzjoni li tikkanċella l-istorbju. (Id-dawl tal-indikatur jintefa.)
L-użu tal-funzjoni li tikkanċella l-istorbju prinċipalment jgħin biex jitnaqqsu l-ħsejjes ambjentali bħall-istorbju fʼvettura u l-istorbju tal-air conditioners fʼkamra.
Minbarra li tuża l-funzjoni li tikkanċella l-istorbju meta tismaʼ l-mużika, tistaʼ wkoll tuża l-funzjoni weħidha.
Il-funzjoni li tikkanċella l-istorbju hija effettiva għall-ħsejjes bʼton baxx bħall-istorbju fʼvettura u l-istorbju tal-air conditioners fʼkamra iżda hija anqas effettiva għall-ħsejjes bʼton relattivament għoli bħall-avviżi, il-konverżazzjonijiet u l-qniepen fil-vetturi.
Dan it-tagħmir ma jiggarantix li l-funzjonijiet kollha tar-remote control jaħdmu.
Meta l-enerġija li jkun fadal fil-batterija titbaxxa, jinstema’ allarm.