L-Iċċarġjar
Meta tkun qed tiċċarġja l-headphones, kun ċert li tuża adapter USB għal AC bʼoutput tal-potenza taʼ DC 5 V biex tevita funzjonament ħażin jew il-kawża taʼ sħana eċċessiva.
Uża biss il-kejbil tal-iċċarġjar fornut biex tiċċarġja s-Sistema.
-
1Bl-użu tal-kejbil tal-iċċarġjar ipprovdut, qabbad is-Sistema u adapter taʼ konverżjoni USB disponibbli kummerċjalment.
-
L-indikatur jixgħel aħmar, u l-iċċarġjar jibda. Meta l-iċċarġjar ikun lesta, l-indikatur jintefa.
B’kollox, l-iċċarġjar jieħu 3 sigħat.
Is-Sistema ma tistax tiġi użata waqt l-iċċarġjar.
Jekk l-indikatur iteptep aħmar ripetutament, il-funzjoni taʼ protezzjoni tat-temperatura tkun attiva u s-Sistema ma tistax tiġi ċċarġjata. F’dak il-każ, iċċarġja fil-limiti tat-temperatura tal-użu (5°C (41°F) sa 40°C (104°F)).