> Meta Tuża s-Sistema > Meta tismaʼ l-mużika
Meta tismaʼ l-mużika
Ixgħel u ħaddem l-app tal-mużika fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad, biex tibda l-playback.
Aħdem bl-unità tal-headphone tar-R (lemin).
Kif tħaddem is-Sistema

Pannell tal-kontroll ewlieni
Uża l-ponta taʼ sebgħek, mhux id-difer, meta ttaptap bʼsebgħek.
Uża l-ponta taʼ sebgħek, mhux id-difer, meta tisswajpja bʼsebgħek.
Ħalli mill-inqas spazju taʼ sabaʼ wieħed bejn iż-żewġ swabaʼ meta ttaptap bʼżewġ swabaʼ.

Ħalli mill-inqas spazju taʼ sabaʼ wieħed bejniethom
Play/Pause (
)
Taptap il- pannell tal-kontroll ewlieni darba malajr.

Pannell tal-kontroll ewlieni
Volum jiżdied (
)
Biex iżżid il-volum, isswajpja sebgħek ʼil fuq fuq il- pannell tal-kontroll ewlieni u neħħi sebgħek.

Pannell tal-kontroll ewlieni
Biex tkompli żżid il-volum, kompli żomm wara li tisswajpja.
Volum jitnaqqas (
)
Biex tnaqqas il-volum, isswajpja sebgħek ʼl isfel fuq il- pannell tal-kontroll ewlieni u neħħi sebgħek.

Pannell tal-kontroll ewlieni
Biex tkompli tnaqqas il-volum, kompli żomm wara li tisswajpja.
Aqbeż għat-track li jmiss (
)
Waqt il-playback, isswajpja ʼl quddiem fuq il- pannell tal-kontroll ewlieni u neħħi sebgħek.

Pannell tal-kontroll ewlieni
Aqbeż għat-track preċedenti jew għall-bidu tat-track attwali (
)
Waqt il-playback, isswajpja lura fuq il- pannell tal-kontroll ewlieni u neħħi sebgħek.

Pannell tal-kontroll ewlieni
Meta Tibdel il-Funzjoni tal-Modalità tal-Ħoss
Taptap 3 darbiet fuq is- sotto pannell tal-kontroll tal-unità tal-headphone.

Sotto pannell tal-kontroll
Kull darba li s- sotto pannell tal-kontroll jiġi mtaptap 3 darbiet, il-funzjoni tinbidel kif ġej.

NORMALI
BAXX
KLIR
Il-gwida tal-awdjo tistaʼ tinstemaʼ meta l-funzjoni tal-modalità tal-ħoss tiġi mibdula.
L-unità tal-headphone hija kemmxejn immejla biex jittejjeb l-użu tagħha.

Meta tisswajpja fuq il- pannell tal-kontroll ewlieni, kun żgur li tisswajpja fʼdirezzjoni orizzontali jew vertikali għall-unità tal-headphone. Jekk il-headband tiġi mmejla ʼl quddiem jew lura, jistaʼ jseħħ tħaddim ħażin.

Meta l-enerġija li jkun fadal fil-batterija titbaxxa, tinstemaʼ l-gwida tal-awdjo.
Waqt konnessjoni bil-fili, l-aġġustament tal-volum, l-għażla tal-kanzunetta, u t-tibdil tal-funzjoni tal-modalità tal-ħoss ma jistgħux jitwettqu.
Is-Sistema ma tistax tiggarantixxi t-tħaddim tal-funzjonijiet kollha tar-remote control.