> Awdjo / Telefown ċellulari > Tħaddim tal-awdjo
Tħaddim tal-awdjo
Smigħ tal-mużika
Ixgħel u ħaddem l-app tal-mużika fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad, biex tibda l-playback.
Kif tħaddem ir-remote control
Play/Pause ()
Agħfas il-buttuna darba malajr.
Aġġustament tal-volum (/ )
Agħfas il-buttuna / darba malajr.
Agħfas il-buttuna biex tbiddel il-volum kontinwament.
Aqbeż għat-track li jmiss ()
Agħfas il-buttuna darbtejn malajr matul il-playback.
Aqbeż għat-track preċedenti jew għall-bidu tat-track attwali ()
Agħfas il-buttuna tliet darbiet malajr matul il-playback.
Kif taqleb għall-modalità tal-ħoss
Il-modalità tal-ħoss tinbdel kif ġej kull darba li tingħafas il-buttuna ĦOSS.
NORMALI BOOST il-BAXX KLIR NORMALI
Ħsejjes taʼ beep jinstemgħu meta tingħażel modalità: “Beep beep” għal BOOST il-BAXX MIXGĦULA, “Beep beep beep” għal KLIR MIXGĦULA u “Beep” għal NORMALI.
Kif tuża l-funzjoni li tikkanċella l-istorbju
Issettja s-swiċċ NC għal MIXGĦUL.
L-indikatur jixgħel aħdar.
Meta tissettja s-swiċċ NC għal MITFI titfi l-funzjoni li tikkanċella l-istorbju. (Id-dawl tal-indikatur jintefa.)
L-użu tal-funzjoni li tikkanċella l-istorbju prinċipalment jgħin biex jitnaqqsu l-ħsejjes ambjentali bħall-istorbju fʼvettura u l-istorbju tal-air conditioners fʼkamra.
Minbarra li tuża l-funzjoni li tikkanċella l-istorbju meta tismaʼ l-mużika, tistaʼ wkoll tuża l-funzjoni weħidha.
Dan it-tagħmir ma jiggarantix li l-funzjonijiet kollha tar-remote control jaħdmu.
Meta l-enerġija li jkun fadal fil-batterija titbaxxa, jinstemaʼ alarm kull 4 minuti.L-Iċċarġjar
Il-funzjoni li tikkanċella l-istorbju hija effettiva għall-ħsejjes bʼton baxx bħall-istorbju fʼvettura u l-istorbju tal-air conditioners fʼkamra iżda hija anqas effettiva għall-ħsejjes bʼton relattivament għoli bħall-avviżi, il-konverżazzjonijiet u l-qniepen fil-vetturi.
Itfi l-funzjoni li tikkanċella l-istorbju wara l-użu biex tevita li tinħela l-batterija.