> Użi Bażiċi > Wiri

Wiri

1Ixgħel il-headphones, l-unità tal-proċessur u l-apparat ikkonnettjat għall-wiri

Agħfas u żomm il-buttuna tal-enerġija elettrika tal-headphones.

Power_EXT1_2 + Power EXT1_2

In-Naħa L

Agħfas u Żomm

Meta tagħmel hekk tinxtegħel l-enerġija elettrika tal-headphones, u l-unità tal-proċessur tinxtegħel awtomatikament ukoll.

Filwaqt li tistaʼ wkoll tagħfas il-buttuna tal-enerġija elettrika tal-unità tal-proċessur darba biex tixgħel l-enerġija elettrika, meta tagħmel hekk il-headphones ma jinxtegħlux awtomatikament. Sabiex tixgħel l-unità tal-proċessur flimkien mal-headphones, żomm u agħfas il-buttuna tal-enerġija elettrika tal-headphones.

Jekk l-unità tal-proċessur tinsab fil-modalità standby, agħfas kemm-il buttuna tal-enerġija elettrika fuq l-unità tal-proċessur kif ukoll il-buttuna tal-enerġija elettrika fuq il-headphones biex tixgħelhom. Rigward il-Modalitajiet Standby Awtomatiku u Standby

2Agħfas il-buttuna [INPUT] fuq l-unità tal-proċessur, il-headphones jew l-applikazzjoni biex taqleb l-apparat għall-wiri

input_EXT1_1

Il-buttuna [INPUT] fuq l-unità tal-proċessur

Music_listen_EXT1_1_U

Il-buttuna [INPUT] fuq il-headphones

Music_listen_EXT1_2

Il-buttuna [INPUT] fl-applikazzjoni

Music_listen_EXT1_3_New

3Ħaddem l-apparat għall-wiri

HDMI 1/ HDMI 2/ HDMI 3

Inti tistaʼ tismaʼ l-awdjo taʼ apparat li huwa kkonnettjat maʼ wieħed mit-terminali IN 1/IN 2/IN 3 tal-input HDMI.

DIGITAL

Tistaʼ tismaʼ l-awdjo taʼ apparat li huwa kkonnettjat mat-terminal tal-output HDMI jew mat-terminal OPT IN.

Jekk hemm apparati kkonnettjati kemm mat-terminal tal-output HDMI u kemm mat-terminal OPT IN, il-prijorità se tingħata lill-output tal-awdjo mit-terminal OPT IN. Tistaʼ tbiddel is-setting tal-livell taʼ prijorità għall-output tal-awdjo fl-applikazzjoni. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok irreferi għal Kif Tuża l-Applikazzjoni.

ANALOG

Inti tistaʼ tismaʼ l-awdjo taʼ apparat li huwa kkonnettjat mat-terminal ANALOG IN.