> Kif tuża din l-Unità > Kif Tilbes l-Earphones
Kif Tilbes l-Earphones
Identifika l-earphones tax-xellug u tal-lemin. Hemm ħotba żgħira mqabbża fʼforma taʼ nofs sfera fuq l-earphone tal-L (tax-xellug) kif jidher fid-dijagramma. Il-kontroll mill-bogħod jinsab fuq l-earphone tar-R (lemin).

Xellug: Bump
Aġġusta l-pożizzjoni tal-awrikolari biex iddaħħalhom sew fʼwidnejk.

L-earpieces tas-silikon taʼ daqs medju ikunu mwaħħla meta jinxtara l-prodott.
Biex tgawdi ħoss taʼ kwalità aħjar, tnaqqas it-tnixxija tal-ħoss u tevita li l-earphones jaqgħu minn posthom, uża earpiece li hija taʼ daqs tajjeb għat-toqba tal-widna tiegħek.
Iċċekkja li l-earpiece hija mwaħħla sewwa kif jidher fid-dijagramma tʼhawn taħt.

Tajjeb
Ħażin
Jekk l-earpiece ma tkunx imqabbda sewwa, tistaʼ tinqalaʼ waqt l-użu u tibqaʼ fʼwidintek. Jekk l-earpiece tibqaʼ fʼwidintek, oqgħod attent li ma timbuttahiex aktar ʼl ġewwa fʼwidintek.