Solvien taʼ problemi
SintomuMa tistax tikkonnettja
Jekk jogħġbok aqra l-paġna dwar l-ikkonnettjar. L-Ikkonnettjar
SintomuEbda ħoss
Żid il-volum fuq din l-unità jew fuq l-apparat imqabbad.
Iċċekkja s-settings tal-ħruġ tal-ħoss tal-apparat.
Aqlaʼ l-plagg taʼ din l-unità mit-terminal tal-apparat u mbagħad erġaʼ qabbdu.
Dan jistaʼ jiġi rrimedjat billi tattiva l-funzjoni taʼ USB host fl-ismartphone.
Il-mod kif issolvi din il-problema jvarja skont il-mudell. Jekk jogħġbok ipprova l-passi tʼhawn taħt.
Fuq l-iskrin li juri l-lista tal-applikazzjonijiet, taptap fʼsekwenza dawn li ġejjin: [Settings] [Għodod utli] [Sib apparat bil-USB].
Fuq l-iskrin Prinċipali, taptap fʼsekwenza dawn li ġejjin: [Ikona tal-Menu] [Settings] [Tqabbid tal-Apparat] [Konnettività bil-USB] [Sib apparat bil-USB].
Fuq l-iskrin li juri l-lista tal-applikazzjonijiet, taptap fʼsekwenza [Settings] [Settings Oħrajn] u mbagħad attiva [Konnessjoni OTG].
* L-oġġetti li jidhru fuq l-iskrin huma eżempji. L-oġġetti murija jistgħu jvarjaw skont l-apparat użat.
SintomuIl-volum huwa baxx jew il-ħoss mhuwiex pjaċevoli
Żid il-volum fuq din l-unità jew fuq l-apparat imqabbad. Jekk il-volum jistaʼ jiġi kkontrollat fuq l-applikazzjoni, żid il-volum fuq l-applikazzjoni wkoll.
Daħħal l-earpieces bʼmod aktar sikur.
Ibdel id-daqs tal-earpiece. Kif Tilbes l-Earphones
Uża toothbrush biex tnaddaf il-parti minn fejn joħroġ l-awdjo. Il-Metodu tat-Tindif
SintomuIl-kontroll mill-bogħod mhux qed jaħdem
Uħud mill-funzjonijiet tal-kontroll mill-bogħod jistgħu ma jaħdmux maʼ xi apparati, OS u applikazzjonijiet. Din mhijiex ħsara.
SintomuMeta ma tistax taqbeż lura għat-trekk preċedenti
Agħfas il-Buttuna bʼħafna funzjonijiet tliet darbiet malajr matul il-playback. Se jindaqq it-trekk preċedenti jew il-bidu tat-trekk attwali.
Din il-karatteristika tistaʼ taħdem bʼmod differenti jew tistaʼ ma taħdimx sewwa fuq xi apparati, OS jew applikazzjonijiet. Meta jiġri dan, ħaddem l-earphones fuq l-apparat imqabbad.
SintomuMeta ma tistax taqbeż għat-trekk li jmiss
Agħfas il-Buttuna bʼħafna funzjonijiet darbtejn malajr matul il-playback. Se jindaqq it-trekk li jmiss.
Din il-karatteristika tistaʼ taħdem bʼmod differenti jew tistaʼ ma taħdimx sewwa fuq xi apparati, OS jew applikazzjonijiet. Meta jiġri dan, ħaddem l-earphones fuq l-apparat imqabbad.
SintomuL-earphones jaqgħu faċilment mill-widnejn
Ibdel id-daqs tal-earpiece. Kif Tilbes l-Earphones
SintomuIl-ħoss huwa mħarbat
Jekk il-volum jistaʼ jiġi kkontrollat fuq l-applikazzjoni, aġġustah għal-livell li fih il-ħoss ma jibqax joħroġ ħażin, u mbagħad aġġusta l-volum fuq din l-unità jew fuq l-apparat.
SintomuIl-parti l-oħra ma tistax tismaʼ leħnek
Iċċekkja li s-swiċċ tal-mikrofonu huwa ssettjat fuq ON (in-naħa tax-xellug), u kun żgur li l-mikrofonu fuq l-applikazzjoni tat-telefonata/konferenza li qed tintuża mhux mitfi.