> L-Ikkonnettjar > Tqabbil
Tqabbil
-
1Iċċekkja li l-indikatur huwa mitfi.
-

-
2Agħfas u żomm
sakemm l-indikatur iteptep ripetutament aħmar u blu bʼmod mgħaġġel u alternat. -
Itlaq sebgħek hekk kif tikkonferma li l-indikatur qiegħed iteptep ripetutament aħmar u blu b’mod mgħaġġel u alternat.

Jekk l-indikatur ma jteptipx aħmar u blu b’mod mgħaġġel u alternat (iteptep aħmar pereżempju), irreferi għal Power Off biex titfi l-apparat, u mbagħad erġa’ agħfas u żomm
mill-ġdid. -
3Ixgħel il-funzjoni Bluetooth tal-apparat BLUETOOTH.
-

-
4Agħżel "JVC HA-S65BN" mil-lista tal-apparat.
-

JVC HA-S65BN
L-indikatur iteptep bil-mod fil-blu meta titlesta konnessjoni.

Matul il-proċess taʼ pairing, l-apparat BLUETOOTH jistaʼ jkollu bżonn li jiddaħħal kodiċi PIN. Fʼdak il-każ, daħħal 〞0000〞 bħala l-kodiċi PIN għas-Sistema.
Jekk il-konnessjoni (pairing) ma ssirx fi żmien 5 minuti wara li l-indikatur jibda jteptep, is-Sistema awtomatikament tintefa waħidha.
