Individwazzjoni u soluzzjoni tal-problemi
Sintomu |
Azzjoni |
---|---|
Ma jistax jipperja |
Titlaqx il-buttuna qabel l-indikatur iteptep aħmar u blu bʼmod alternat. Waqt il-pairing, kun żgur li l-apparat BLUETOOTH ikun fʼdistanza taʼ mhux iktar ʼil bogħod minn metru mill-headphones tiegħek. Ixgħel l-apparat BLUETOOTH u attiva l-pairing. Ħassar l-informazzjoni tal-pairing minn fuq il-lista tal-apparat BLUETOOTH u wettaq pairing mill-ġdid. Irreferi għall-paġna dwar il-konnessjoni. L-Ikkonnettjar |
L-indikatur iteptep aħmar u l-konnessjoni ma tkun tista titlesta |
Ixgħel l-apparat BLUETOOTH, attiva l-funzjoni Bluetooth tiegħu u agħżel dan it-tagħmir mil-lista tal-apparat BLUETOOTH. |
Wara li tikkonnettja maʼ dan it-tagħmir, l-apparat BLUETOOTH imqabbad ma jaħdimx immedjatament |
Skont liem ikun l-apparat BLUETOOTH imqabbad, anke meta l-indikatur jaqleb blu wara l-konnessjoni maʼ dan it-tagħmir, l-apparat BLUETOOTH jistaʼ ma jaħdimx immedjatament minħabba d-dewmien fl-operazzjoni taʼ konnessjoni. Stenna għal ftit sekondi u erġaʼ pprova ħaddmu. |
Il-volum huwa baxx jew il-ħoss mhuwiex pjaċevoli |
Żid il-volum fuq dan it-tagħmir jew fuq l-apparat BLUETOOTH imqababd. |
Il-ħoss huwa mħarbat |
Aġġusta l-volum fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad sabiex ma jkunx hemm tħarbit tal-ħoss, u mbagħad aġġusta l-volum fuq dan it-tagħmir. Erġaʼ ċċarġja l-unità. L-iċċarġjar |
Il-funzjoni li tikkanċella l-istorbju mhijiex effettiva ħafna |
Iċċekkja li l-iswiċċ NC ikun issettjat fuq MIXGĦUL. Il-funzjoni li tikkanċella l-istorbju hija inqas effettiva skont it-tip tal-istorbju. L-użu tal-funzjoni li tikkanċella l-istorbju prinċipalment jgħin biex jitnaqqsu l-ħsejjes ambjentali bħall-istorbju fʼvettura u l-istorbju tal-air conditioners fʼkamra. |
Il-ħoss jaqtaʼ u hemm storbju |
Ibdel il-pożizzjoni tal-apparat BLUETOOTH imqabbad fʼpożizzjoni u direzzjoni fejn il-komunikazzjoni hija stabbli. Ipprova naqqas in-numru taʼ apps li jkunu għaddejjin fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad. Iċċarġja dan it-tagħmir. L-iċċarġjar |
Is-Sistema ma taħdimx tajjeb |
Agħfas il-buttuna għal 20-il sekonda jew aktar biex tirrisettja s-Sistema. |
Ma tistax tixgħelhom. |
Iċċarġja dan it-tagħmir. L-iċċarġjar |
Meta ma tkunx tista’ tiċċarġja (il-kontenitur tal-iċċarġjar) |
Kun żgur li l-kejbil tal-USB huwa pplaggjat sa ġewwa. Jekk jogħġbok iċċarġja fi ħdan il-firxa tat-temperatura tal-iċċarġjar. |
L-iċċarġjar iseħħ bil-mod. |
Iċċekkja li s-swiċċ NC huwa ssettjat għal MITFI. |