> L-Ikkonnettjar > Pairing (għal Apparat li jippermetti NFC)
Pairing (għal Apparat li jippermetti NFC)
Jekk l-apparat BLUETOOTH huwa wieħed li jippermetti l-NFC, l-użu tal-funzjoni NFC jippermetti li tinħoloq konnessjoni sempliċement billi tmiss is-Sistema mal-apparat BLUETOOTH.
-
1Iċċekkja li s-sistema hija mitfija.
-
2Ixgħel is-setting NFC mill-iskrin tas-settings tal-apparat BLUETOOTH.
-
3Miss kontinwament il-parti fejn hemm l-antenna NFC tal-apparat BLUETOOTH fuq is-sinjal fuq ix-xellug tas-Sistema sakemm l-indikatur iteptep ripetutament aħmar u blu b’mod mgħaġġel u alternat.
-
Għad-dettalji dwar il-pożizzjoni tal-antenna NFC tal-apparat BLUETOOTH, irreferi għall-manwal tal-istruzzjoni tiegħu.
-
4Segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin tal-apparat BLUETOOTH biex toħloq konnessjoni.
-
Meta l-indikatur fuq il-lemin tas-Sistema jteptep blu bil-mod, il-konnessjoni tkun ġiet stabbilita u s-Sistema issa tkun tista’ tintuża biex tinstema’ l-mużika.
Jekk il-konnessjoni ma tkunx tista’ tiġi stabbilita, irreferi għal Tqabbil u pprova kkonnettja mill-ġdid.
Matul il-proċess taʼ pairing, l-apparat BLUETOOTH jistaʼ jkollu bżonn li jiddaħħal kodiċi PIN. Fʼdak il-każ, daħħal "0000" bħala l-kodiċi PIN għas-Sistema.
Jekk il-konnessjoni (pairing) ma ssirx fi żmien 5 minuti wara li l-indikatur jibda jteptep, is-Sistema awtomatikament tintefa waħidha.