> L-Ikkonnettjar > Ikkonnettja mill-ġdid (Power On: Apparat li jippermetti NFC)
Ikkonnettja mill-ġdid (Power On: Apparat li jippermetti NFC)
Iċċekkja li s-sistema hija mitfija.
Ixgħel is-settings tal-BLUETOOTH u l-NFC tal-apparat BLUETOOTH, miss kontinwament il-parti fejn hemm l-antenna NFC tal-apparat BLUETOOTH fuq is-sinjal fuq ix-xellug tas-Sistema, sakemm l-indikatur jixgħel blu. Is-Sistema tinxtegħel.
Neħħi l-apparat BLUETOOTH hekk kif l-indikatur fuq il-lemin tas-Sistema jixgħel blu. Hekk kif tixgħel, is-Sistema se tipprova tistabbilixxi konnessjoni mill-ġdid mal-aħħar apparat konness.
Segwi l-istruzzjonijiet fuq l-iskrin tal-apparat BLUETOOTH biex toħloq konnessjoni. Meta l-konnessjoni tiġi stabbilita, l-indikatur jibda jteptep blu bil-mod.
Meta l-indikatur jibqa’ jteptep aħmar bil-mod, il-konnessjoni bejn is-Sistema u l-apparat BLUETOOTH ma tkunx ġiet stabbilita. Fʼdan il-każ, agħżel is-Sistema fuq l-apparat BLUETOOTH biex tikkonnettja.