> L-Ikkonnettjar > Tqabbil

Tqabbil

1Iċċekkja li s-sistema hija mitfija.

2Agħfas u żomm power sakemm l-indikatur iteptep ripetutament aħmar u blu b’mod mgħaġġel u alternat.

Itlaq sebgħek hekk kif tikkonferma li l-indikatur qiegħed iteptep ripetutament aħmar u blu b’mod mgħaġġel u alternat.

Jekk l-indikatur ma jteptipx aħmar u blu b’mod mgħaġġel u alternat (iteptep aħmar pereżempju), irreferi għal Power Off biex titfi l-apparat, u mbagħad erġa’ agħfas u żomm power mill-ġdid.

3Ixgħel il-funzjoni Bluetooth tal-apparat BLUETOOTH.

4Agħżel "JVC HA-XP50BT" mil-lista tat-tagħmir.

L-indikatur iteptep bil-mod fil-blu meta titlesta konnessjoni.

Matul il-proċess taʼ pairing, l-apparat BLUETOOTH jistaʼ jkollu bżonn li jiddaħħal kodiċi PIN. Fʼdak il-każ, daħħal "0000" bħala l-kodiċi PIN għas-Sistema.

Jekk il-konnessjoni (pairing) ma ssirx fi żmien 5 minuti wara li l-indikatur jibda jteptep, is-Sistema awtomatikament tintefa waħidha.