> L-iċċarġjar > L-iċċarġjar tal-earphones
L-iċċarġjar tal-earphones
-
1Iftaħ il-kontenitur tal-iċċarġjar.
-
2Daħħal l-earphones bʼmod sod fil-kontenitur tal-iċċarġjar.
-
L-indikaturi fuq l-earphones jixegħlu aħmar waqt l-iċċarġjar, u l-indikatur fuq il-kontenitur tal-iċċarġjar jixgħel blu.
L-indikatur tal-kontenitur tal-iċċarġjar juri l-livell taʼ kemm fadal fil-batterija tal-kontenitur tal-iċċarġjar.
Wara li l-iċċarġjar ikun lest, l-indikaturi kemm tal-earphones kif ukoll tal-kontenitur tal-iċċarġjar jintfew.
Il-ħin tal-iċċarġjar għall-earphones huwa taʼ madwar 2 sigħat.
Wara li l-earphones jiddaħħlu fil-kontenitur tal-iċċarġjar, l-earphones jintfew awtomatikament.
Meta l-kontenitur tal-iċċarġjar ikun iċċarġjat kompletament, dan ikun jistaʼ jintuża biex jiċċarġja mill-ġdid l-earphones kompletament sa 3 darbiet.