L-Użu tal-applikazzjoni
Rigward "JVC Headphones Manager"
"JVC Headphones Manager" hija applikazzjoni tal-ismartphone għall-earphones HA-XC70BT.
Meta tinstalla "JVC Headphones Manager" fuq smartphone li jissapportja l-Bluetooth, ikun possibbli li tara l-livell tal-batterija li jkun fadal, tbiddel il-modalità tal-ħoss u tuża karatteristiċi konvenjenti bħal “Sib l-earphones” (biex issib fejn huma l-earphones tiegħek) li jistgħu jintużaw fuq l-ismartphone.
L-iskrins u l-informazzjoni tal-applikazzjoni huma suġġetti għal bidliet.
L-applikazzjoni tistaʼ ma tibqax issapportjata bħal fʼkażijiet meta jsiru tibidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema operattiva.
Aħna ma niggarantux li dan il-prodott jiffunzjona mal-apparati kollha.
L-installazzjoni taʼ "JVC Headphones Manager"
Fittex għal "JVC Headphones Manager" fʼGoogle Play (apparati Android™) jew fl-App Store (iPhones) u installa l-applikazzjoni.
Il-verżjonijiet tas-sistema operattiva ssapportjati mill-applikazzjoni "JVC Headphones Manager"tal-ismartphone huma Android 5.0 sa 8.0 u iOS10 sa 11.
L-applikazzjoni hija kompatibbli mal-Bluetooth 4.2 u verżjonijiet sussegwenti.
Aħna ma nagħtux garanzija li l-applikazzjoni se tkun tista’ tibqa’ titniżżel bʼmod permanenti. L-applikazzjoni tistaʼ ma tibqax kompatibbli bħal fʼkażijiet meta jseħħu tibdiliet fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema operattiva.
Prekawzjonijiet għal waqt l-użu
Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-ftehim tal-ħruġ tal-liċenzja. Il-ftehim tal-ħruġ tal-liċenzja huwa disponibbli għall-wiri fl- "Info" tal-applikazzjoni.
L-applikazzjoni se tiġi pprovduta biss lill-utenti li jkunu qablu mat-termini u l-kundizzjonijiet fil-ftehim tal-ħruġ tal-liċenzja. Ladarba l-applikazzjoni tiġi installata jew użata, l-utent jitqies li jkun qabel mat-termini u l-kundizzjonijiet fil-ftehim tal-ħruġ tal-liċenzja.
Għall-utenti li ma jaqblux mat-termini u l-kundizzjonijiet fil-ftehim tal-ħruġ tal-liċenzja, jekk jogħġbok tużax l-applikazzjoni u neħħiha immedjatament.
Biex tiftaħ "JVC Headphones Manager"
L-aċċess għall-informazzjoni dwar il-location, jistaʼ jkun meħtieġ għal xi smartphones. Issettja l-informazzjoni dwar il-location tal-apparat li qiegħed jintuża għal ON. Ipproċedi għall-pass li jmiss biss jekk taqbel li tattiva l-informazzjoni dwar il-location.
-
1Ikkonnettja l-ismartphone u HA-XC70BT permezz tal-Bluetooth qabel ma tuża l- "JVC Headphones Manager". Għal dettalji dwar il-konnessjoni Bluetooth, jekk jogħġbok irreferi għal L-ikkonnettjar (Power On) kif ukoll għall-manwal tal-istruzzjonijiet tal-ismartphone li qiegħed jintuża.
-
2Iftaħ "JVC Headphones Manager".
-
3Agħżel "HA-XC70BT".
Biex tuża "JVC Headphones Manager"
Skrin tat-Tħaddim Bażiku
Dan l-iskrin jistaʼ jintuża biex tara l-livell taʼ kemm baqaʼ fil-batterija tal-earphones ikkonnettjati u biex tibdel il-modalità tal-ħoss.
-
Info
-
LR
-
L-indikatur tal-livell tal-batterija
-
SOUND MODE
-
FIND
Il-link għall-manwal tal-utent, il-ftehim tal-ħruġ tal-liċenzja u l-informazzjoni bħal pereżempju l-verżjoni tal-applikazzjoni huma disponibbli hawn.
Tixgħel meta l-earphones ikunu kkonnettjati.
Juri l-livell taʼ kemm baqaʼ fil-batterija tal-earphone tal-L (xellug).
Taptap skont kif jixraq biex taqleb il-modalità tal-ħoss.
Taptap biex turi l-iskrin Sib l-Earphones.
L-Iskrin Sib l-Earphones
L-indikaturi tal-earphones ikkonnettjati jixegħlu u l-ħoss taʼ “beep” jinstema’ mill-earphones. Uża din il-feature biex tgħinek issib l-earphones tiegħek faċilment.
-
LEFT/RIGHT
-
START
Agħżel liema naħa tal-earphone trid li joħroġ il-ħoss taʼ beep u dawl minnha. L-għażliet disponibbli huma: L (xellug) biss, R (lemin) biss, Kemm tal-L (xellug) u kemm tar-R (lemin).
Taptap START biex joħroġ il-ħoss u d-dawl mill-earphones. Agħfas STOP biex twaqqaf il-ħruġ tal-ħoss u tad-dawl. Bʼmod alternattiv, jekk tagħfas il-buttuna tal-earphone twaqqaf ukoll il-ħruġ tal-ħoss u tad-dawl.
Meta tuża l-feature "Sib l-earphones", joħroġ ħoss qawwi taʼ “beep” mill-earphones. Kun żgur li l-earphones jitneħħew mill-widnejn qabel tagħfas START.
Meta l-operat tal-applikazzjoni ma jkunx stabbli, itfi kompletament l-applikazzjoni. Issettja l-funzjoni Bluetooth tal-apparat ikkonnettjat għal OFF u mbagħad erġaʼ għal ON, u wara itfi u erġa’ ixgħel l-applikazzjoni.
Din il-feature mhijiex disponibbli meta ma jkunx hemm sinjal fiż-żewġ naħat tal-earphones.