> Meta jkollok xi problema > Individwazzjoni u soluzzjoni tal-problemi

Individwazzjoni u soluzzjoni tal-problemi

Unità Prinċipali

Sintomu

Azzjoni

Ma tistax twettaq il-pairing (reġistrazzjoni tal-apparat)

Poġġi ż-żewġ earphones fil-kontenitur tal-iċċarġjar, stenna li d-dawl tal-indikatur jintefa jew isir aħmar, u wara erġa’ oħroġ l-earphones.

Waqt il-pairing, kun żgur li l-apparat BLUETOOTH ikun fʼdistanza taʼ mhux iktar ʼil bogħod minn metru mill-headphones tiegħek.

Ixgħel l-apparat BLUETOOTH u attiva l-pairing.

Irreferi għall-passi biex tistabbilixxi l-konnessjoni. Il-Pairing (Ir-reġistrazzjoni tal-apparat)

Meta ma tkunx tista’ terġaʼ tikkonnettja mal-apparat li kien ikkonnettjat l-aħħar

Poġġi ż-żewġ earphones fil-kontenitur tal-iċċarġjar, stenna li d-dawl tal-indikatur jintefa jew isir aħmar, u wara erġa’ oħroġ l-earphones.

Waqt il-pairing, kun żgur li l-apparat BLUETOOTH ikun fʼdistanza taʼ mhux iktar ʼil bogħod minn metru mill-headphones tiegħek.

Ixgħel l-apparat BLUETOOTH u attiva l-pairing.

Ħassar l-informazzjoni tal-konnessjoni tal-apparat ikkonċernat u wettaq il-pairing mill-ġdid.

Wettaq it-tħaddim wara li tissettja l-funzjoni BLUETOOTH tal-apparat ikkonnettjat fuq OFF u mbagħad għal darbʼoħra fuq ON.

Wettaq it-tħaddim wara li titfi l-apparat ikkonnettjat u terġaʼ tixegħlu.

Irreferi għall-passi biex tistabbilixxi l-konnessjoni. Il-Pairing (Ir-reġistrazzjoni tal-apparat)

Meta l-earphone tar-R (lemin) itteptep aħmar u l-konnessjoni ma tistax tiġi stabbilita

Ixgħel l-apparat BLUETOOTH, attiva l-funzjoni Bluetooth tiegħu u agħżel dawn l-earphones mil-lista tal-apparat BLUETOOTH.

Meta l-earphone tar-R (lemin) itteptep aħmar u ma jiġi prodott l-ebda ħoss awdjo

Poġġi ż-żewġ earphones fil-kontenitur tal-iċċarġjar, stenna li d-dawl tal-indikatur jintefa jew isir aħmar, u wara erġa’ oħroġ l-earphones biex tistabbilixxi l-konnessjoni. Wara li toħroġ l-earphones, ressaq l-earphones tal-L (xellug) u tar-R (lemin) qrib xulxin.

L-earphones ma jibdewx jiffunzjonaw mill-ewwel wara li tiġi stabbilita l-konnessjoni mal-apparat

Skont l-apparat ikkonnettjat, anki meta l-indikatur tal-L (xellug) ikun sar blu wara li tkun stabbilita l-konnessjoni, l-earphones jistgħu ma jibdewx jiffunzjonaw mill-ewwel minħabba dewmien fil-konnessjoni. Meta dan iseħħ, stenna ftit sekondi u rrepeti l-operazzjoni.

Il-volum huwa baxx jew il-ħoss mhuwiex pjaċevoli

Żid il-volum taʼ dawn l-earphones jew tal-apparat BLUETOOTH ikkonnettjat.

Daħħal l-earphones bʼmod aktar sod.

Ibdel id-daqs tal-earpieces.tħaddem l-awdjo

L-earphones jaqgħu faċilment mill-widnejn

Ibdel id-daqs tal-earpiece.tħaddem l-awdjo

Il-ħoss huwa mħarbat

Aġġusta l-volum tal-apparat BLUETOOTH ikkonnettjat biex ma jkunx hemm distorzjoni, u mbagħad aġġusta l-volum taʼ dawn l-earphones.

Iċċarġja l-unità prinċipali. L-iċċarġjar

Il-ħoss jiġi interrott jew jinstemaʼ l-istorbju

Uża l-apparat ikkonnettjat fʼpożizzjoni jew orjentazzjoni li tippermetti l-aktar komunikazzjoni stabbli. Il-ħoss ikollu t-tendenza li jiġi interrott meta l-earphones jiġu mgħottijin bl-idejn. L-earphone tal-L (xellug) hija l-unità prinċipali u tintuża biex issir il-konnessjoni mal-apparat kif ukoll mal-earphone tar-R (lemin).

Naqqas in-numru ta’ applikazzjonijiet li hemm miftuħa fl-apparat.

Erġaʼ ċċarġja l-unità.L-iċċarġjar

Is-Sistema ma taħdimx tajjeb

Erġa’ ċċarġja s-sistema u ixgħelha.

Ma tistax tixgħelhom.

Iċċarġja l-kontenitur tal-iċċarġjar l-ewwel.Iċċarġjar tal-kontenitur tal-iċċarġjar

Iċċarġja l-unità prinċipali. L-iċċarġjar

Ma tistax tiċċarġja (l-earphones)

Neħħi ż-żewġ earphones mill-kontenitur tal-iċċarġjar u poġġihom lura mill-ġdid.

Kun żgur li l-earphones huma mdaħħlin bʼmod sħiħ fil-kontenitur tal-iċċarġjar.

Uża swob tal-tajjar biex tneħħi kwalunkwe ħmieġ mill-kuntatti tal-earphones u tal-kontenitur tal-iċċarġjar.

Iċċarġja l-kontenitur tal-iċċarġjar l-ewwel.Iċċarġjar tal-kontenitur tal-iċċarġjar

Meta ma tkunx tista’ tiċċarġja (il-kontenitur tal-iċċarġjar)

Kun żgur li l-kejbil tal-USB huwa pplaggjat sa ġewwa.

Iċċarġja fi ħdan il-medda tat-temperatura tal-iċċarġjar (5°C (41°F) sa 35°C (95°F)).

Meta ma tkunx tista’ tiċċarġja (il-kontenitur tal-iċċarġjar)

Il-kontenitur tal-iċċarġjar jistaʼ jieqaf jiċċarġja jekk it-temperatura taqbeż il-firxa tat-temperatura tal-iċċarġjar (5 °C (41 °F) sa 35 °C (95 °F)). (L-indikaturi kollha fuq il-kontenitur tal-iċċarġjar jintfew). Fʼkaż bħal dan, skonnettja l-kejbil tal-USB tal-iċċarġjar u mbagħad daħħlu mill-ġdid biex jerġaʼ jibda jiċċarġja f‘ambjent li jkun fi ħdan il-firxa tat-temperatura tal-iċċarġjar.

Applikazzjoni Dedikata

Sintomu

Azzjoni

Meta ma tkunx tista tiftaħ l-applikazzjoni

Ikkonnettja l-ismartphone maʼ dan il-prodott qabel ma tiftaħ l-applikazzjoni.

 

 

 

Jekk ma jinstemaʼ l-ebda ħoss mill-earphones jew l-earphones ma jistgħux jiġu kkonnettjati mal-apparat BLUETOOTH tiegħek wara li twettaq l-operazzjonijiet issuġġeriti fit-taqsima tal-Individwazzjoni u Soluzzjoni tal-Problemi, jekk terġaʼ tistabbilixxi s-settings tal-earphones għall-istat inizjali tistaʼ ssolvi l-problema. Kif tirristabbilixxi s-settings għall-istat inizjali