> Awdjo/Telefon > tħaddem l-awdjo
tħaddem l-awdjo
Kif jintlibsu
Identifika n-naħat tal-L (xellug) u r-R (lemin) tal-earphones, u ilbishom korrettament.
L-earphones ikollhom imwaħħla magħhom earpiece standard (daqs M).
Il-baxx jistaʼ jinstemaʼ dgħajjef jew il-ħoss jistaʼ jintilef jekk id-daqs tal-earpiece ma jiffittjax sewwa maʼ widnejk. Barra minn hekk, jistaʼ jikkawża li l-earphones jaqgħu faċilment.
Agħżel earpiece adattata mit-tliet daqsijiet (S, M u L) biex isseddaq l-esperjenza tas-smigħ tiegħek u biex tiffittja bl-aħjar mod.
Iċċekkja li l-earpiece hija mqabbda sewwa kif jidher fl-istampa.
It-tħaddim tar-Remote Control
Ixgħel u ħaddem l-app tal-mużika fuq l-apparat BLUETOOTH imqabbad, biex tibda l-playback.
Play/Pause ()
Agħfas tal-L (xellug) jew tar-R (lemin) darba malajr.
Aġġustament tal-volum (/ )
Biex tgħolli l-volum, agħfas il- tal-earphone tar-R (lemin) darbtejn malajr. Biex tnaqqas il-volum, agħfas il- tal-earphone tal-L (xellug) darbtejn malajr.
Taqleb il-modalità tal-ħoss
Agħfas il- tal-L (xellug) jew tar-R (lemin) 3 darbiet malajr.
FLAT BASS FLAT
Jinstemaʼ ħoss taʼ beep mill-earphone tal-L (xellug) fil-modalità FLAT, u 2 beeps fil-modalità BASS.
Agħmel għażla taʼ kanzunetta fl-apparat ikkonnettjat.
Meta tintuża l-earphone tal-L (xellug) biss, il-livell tal-volum tal-earphone ma jistax jiġi aġġustat. Aġġusta l-volum tal-apparat ikkonnettjat fʼdan il-każ.
Il-ħoss taʼ beep jinstema’ mill-earphone tal-L (xellug).
Jinstemaʼ ħoss taʼ beep ripetutament meta l-enerġija tal-batterija tkun se tispiċċa kompletament. Fʼdan il-każ, il-ħoss taʼ beep se jinstema’ mill-ġenb tal-earphone li se tkun se tispiċċalha l-enerġija.
Meta tara l-films bl-earphones, jistaʼ jseħħ dewmien żgħir fil-produzzjoni tal-awdjo.
Aħna ma niggarantux l-operazzjonijiet kollha tal-apparat BLUETOOTH.